Sodisfatti bin-numru ta’ nies li qasmu lejn Għawdex – One News

Notifiki

Sodisfatti bin-numru ta’ nies li qasmu lejn Għawdex

L-Assoċjazzjoni Maltija għat-Turiżmu (GTA) u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għan-numru ta’ persuni li qasmu lejn Għawdex fl-aħħar jiem fi żmien il-festa ta’ Santa Martija.

Kemm il-GTA kif ukoll il-GBC jemmnu li n-numru ta’ persuni li żaru Għawdex ikkontribwixxew fl-ekonomija Għawdxija u kienu xhieda tal-isforzi li saru mill-partijiet ikkonċernati jkomplu jħallu r-riżultati mixtieqa. Dawn ir-riżultati, komplew jgħidu ż-żewġ entitajiet fi stqarrija konġunta, huma frott kampanja promozzjonali sostenibbli fis-swieq lokali u internazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend