Lura d-dar wara l-inċident tan-nar f'Marsaxlokk | One News

Notifiki

Lura d-dar wara l-inċident tan-nar f’Marsaxlokk

Emanuel, dilettant tan-nar mill-kamra tan-nar Mount Carmel fiż-Żurrieq, ħareġ mill-isptar biex ikompli bir-rijabilitazzjoni f’daru.

Dan 17–il jum wara li waqt il-festa ta’ Marsaxlokk saret splużjoni li ħasdet in-nofsinhar tal-pajjiż b’ħoss u theddida mill-ikbar. Dakinhar weġġħu erba’ persuni u llum Emanuel, jew Leli kif inhu magħruf ma’ sħabu, kien l-aħħar wieħed li ħareġ mill-isptar. B’hekk ikun jista’ jkompli jirkupra d-dar biex tassew nistgħu ngħidu li ntemmet b’wisċċ il-ġid dik li setgħet kienet traġedja kbira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend