Joao Havelange: Ekspresident tal-Fifa jħallina fl-età ta’ mitt sena – One News

Notifiki

Joao Havelange: Ekspresident tal-Fifa jħallina fl-età ta’ mitt sena

Il-predeċessur ta’ Sepp Blatter fit-tmun tal-Fifa, Joao Havelange miet fl-età ta’ mitt sena. Huwa serva bħala president tal-fifa bejn l-1974 u l-1998. Huwa rriżenja minn President onorarju f’April tal-2013 wara li kien qed jiġi investigat fuq allegazzjoni ta’ tixħim. Sena wara ddaħħal l-isptar is-sena ta’ wara infezzjoni fil-pulmun.

Havelange serva fil-Kumitat Internazzjonali Olimpiku bejn l-1962 u l-2011. Kien irriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend