Jiċċaqilqu minn Guantanamo Bay – One News

Notifiki

Jiċċaqilqu minn Guantanamo Bay

L-Istati Uniti bagħtu 15–il ħabsi ta’ Guantanamo Bay fl-Emirati Għarab Magħquda. Dan huwa l-akbar ammont ta’ nies li kienu qed jinżammu f’Guantanamo Bay u ntbagħtu lura, taħt il-presidenza ta’ Barack Obama.

Il-Pentagon qal li bit-trasferiment tat-12–il ħabsi mill-Yemen u 3 mill-Afghanistan, issa fadal 61 ħabsi f’Guantanamo Bay f’Cuba. Ħafna minnhom ilhom jinżammu aktar minn 14–il sena mingħajr akkużi u mingħajr m’għaddew ġuri.

Kien l-eks President Amerikan George Bush li fetaħ il-ħabs lura f’Jannar tal-2002 biex fih jinżammu suspettati b’rabta mal-attakk terroristiku fil-11 ta’ Settembru tas-2001.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend