Il-gwardjani lokali f'Santa Marija: Kellhom jirrikorru "għas-sens komun" | One News

Notifiki

Il-gwardjani lokali f’Santa Marija: Kellhom jirrikorru “għas-sens komun”

L-Assoċjazzjoni Maltija għat-Turiżmu (GTA) u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) esprimew id-diżappunt tagħhom għan-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw ilbieraħ f’jum Santa Marija f’Għawdex, b’mod partikolari fir-Rabat.

Iż-żewġ partijiet emfasizzaw in-nuqqas ta’ spazji ta’ parkeġġ li hemm fil-belt kapitali Għawdxija. Saħqu li bilkemm ilaħħqu mal-esiġenzi tan-nies tal-lokal wisq inqas mal-influss ta’ numru ta’ karozzi fil-festa pubblika. Għaldaqstant, il-gwardjani lokali kellhom jirrikorru għas-sens komun fl-iktar ġurnata tas-sena impenjattiva għall-gżira. F’ċirkustanzi bħal dawn, żiedu jgħidu r-rappreżentanti tan-negozji Għawdxin, kellhom jaddattaw għal sistema ta’ prevenzjoni aktar milli jirrikorru għaċ-ċitazzjonijiet.

Il-GTA u l-GBC qalu li dawn id-deċiżjonijiet irrazzjonali jistgħu jtappnu l-isforzi u r-riżultati li qed jinkisbu għall-ġid tal-gżira Għawdxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend