Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn taxi – One News

Notifiki

Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn taxi

Raġel ta’ sitta u għoxrin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni dalgħodu, ittajjar minn taxi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema.
It-taxi kienet misjuqa minn raġel ta’ wieħed u sittin sena mill-Imsida. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Libjan l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend