Battibekk bejn qraba ta’ mejta u dak akkużat li qatilha – One News

Notifiki

Battibekk bejn qraba ta’ mejta u dak akkużat li qatilha

Ritratt fuq facebook wassal għal battibekk bejn ħu Eleanor Mangion Walker, li ntqatlet ftit tal-ġimgħat ilu u qraba ta’ żewġha, Andrew, li qed ikun akkużat bil-qtil tagħha.

Kollox beda minn ritratt li telgħet oħt l-akkużat fejn fih kien hemm żewġ irġiel, fosthom l-akkużat u kitbet: “My Superheroes”. Dlonk irreaġixxa ħu l-vittma ta’ wieħed mill-iktar qtil makabri fl-aħħar snin u kiteb: “Superheroes don’t kill women.”

Il-kumment tneħħa u ħu l-vittma staqsa għaliex. Dawk qrib l-akkużat qalu li l-każ għadu għaddej u ddefendew l-aġir tiegħu billi fakkru li fil-qorti hu qed isostni li lil Walker ma qatiliex. Saħansitra ntqal li l-uniku evidenza hi li Andrew ħeba l-ġisem bla ħajja. Din nislet għal reazzjoni ta’ rabja minn qariba tal-vittma.

“Li taħbi l-ġisem diġà huwa ħażin ħafna,” kitbet ċertu Beverly Walker li qalet li dan għandu jwassal biex il-qraba tal-akkużat joħorġu mill-ħolma u jintebħu x’għamel. Hawn wieġeb ħu l-vittma li qal li dawn tal-qraba tal-akkużat huma ħrejjef u żied: “Kieku xi ħadd jiġi jattakka t-tfajla tiegħu immut għaliha.”

Staqsa jekk kienx jagħmel sens li jekk xi ħadd ried joqtol kienx se jħalli x-xhieda. Iddeskriva lill-akkużat bħala bniedem li jgħir.

Il-post minn fejn beda l-battibekk
Il-post minn fejn beda l-battibekk
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend