It-tieni proposta taż-żwieġ fl-Olimpjadi ta’ Rio – One News

Notifiki

It-tieni proposta taż-żwieġ fl-Olimpjadi ta’ Rio

Jidher li mhux biss il-kompetizzjonijiet huma fl-aqwa tagħhom fl-olimpjadi f’Rio, jidher li anke l-proposti taż-żwieġ għaddejjin ġmielhom.

It-tfajla sportiva Ċiniża, He Zi, kienet għadha kemm rebħet il-midalja tal-fidda f’kompetizzjoni tal-għawm f’Rio, meta kellha sorpriża oħra wara li l-għarus tagħha, Qin Kai, saqsiha biex tiżżewġu.

Qin Kai kien għadu wkoll kemm rebaħ il-midalja tal-bronż f’dawn l-olimpjadi iżda wiċċu xegħel meta r-risposta għall-mistoqsija tiegħu kienet ‘Iva’.

“Ilna noħorġu flimkien għal sitt snin, iżda ma stennejtux li ħa jsaqsini propju llum” stqarret He Zi.

Iżda mhux kulħadd ħasiba l-istess dwar din ix-xena romantika, hekk kif segwaċi tal-isportiva qalu li dan il-proponiment taż-żwieġ seraq l-attenzjoni minn fuq is-suċċess importanti li għamlet f’dawn l-olimpjadi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend