Mara ta’ 51 sena ngħatat sentenza ta’ 10 snin ħabs wara li serqet tarbija ta’ tlett ijiem fl-Afrika.
Il-pulizija arrestaw lil din il-mara fl-2015, wara li kien hemm tfajla li tixbaħ ħafna lil Zephany, it-tfajla li nsterqet mill-isptar 19-il sena ilu fi skola.
It-testijiet tad-DNA li saru mill-pulizija kkonfermaw li ż-żewġ tfajliet kienu aħwa.
L-Imħallef qalet lill-akkużata li kellha żmien twil biex tirritorna t-tarbija li kienet serqet, iżda għażlet li ma tagħmilx dan.
Zephany, li hija vittma ta’ dan il-każ, qalet li ma tixtieqx li jkollha relazzjoni mal-ġenituri naturali tagħha u li tqis lill-mara li serqitha meta kienet biss tarbija bħala ommha.