Pellegrinaġġ bil-muturi għal Santa Marija | One News

Notifiki

Pellegrinaġġ bil-muturi għal Santa Marija

 

Fejn is-soltu fl-Imġarr naraw pelligrnaġġ għat-tfal bir-roti, issa l-adulti setgħu jipparteċipaw ukoll wara inizjattiva minn xi sewwieqa tal-muturi biex isuqu mill-Imġarr għal Ħad-Dingli, żewġ villaġġi marbutin ma’ Santa Marija. 

Il- Festa ta’ Santa Marija normalment nassoċċjawha mal-lokalitajiet tal-Mosta, l-Imqabba, Ħal Għaxaq, Ħ’Attard, il-Qrendi, l-Gudja u r-Rabat Għawdex iżda fl-istess ġimgħa l-Imġarr u Ħad-Dingli ukoll jiċċelebraw din il-festa.

Bejn dawn it-tnejn, fl-għodwa tat-Tnejn kien organizzat pellegrinaġġ bir-roti mill-Parroċċa tal- Imġarr għal dik ta’ Ħad-Dingli. Adam Zammit, origanizzatur tal-attivita, esprima s-sodisfazzjon li għalkemm l-pellegrinaġġ sar għall-ewwel darba din is-sena, l-attendenza kienet numeruża.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend