Jiġbru €500 għall-annimali abbandunati permezz ta’ ‘ID Tags’ – One News

Notifiki

Jiġbru €500 għall-annimali abbandunati permezz ta’ ‘ID Tags’

Inizjattiva ta’ nies li minn jeddhom iddeċidew li jorganizzaw kampanja biex ikunu jistgħu jiġbru ammont ta’ flus li jmorru għal assoċjazzjonijiet tal-annimali differenti, qed tħalli l-frott, dan wara li rnexxielhom jiġbru €500.

Dawn it-tags huma magħmula minn l-SPCA ta’ Għawdex iżda Mark Thorogood li jaħdem ħafna f’dan is-settur, jmexxi din il-kampanja li matula nbiegħu ‘ID tags‘, li fuqhom jista’ jinkiteb isem l-annimal u informazzjoni oħra li jkun jixtieq is-sid. Dawn it-tags mhux biss jgħinu biex jinġabru l-flus iżda fuqhom jista jinkiteb ukoll in-numru tal-mobajl, biex f’każ li l-kelb jew qattus jintilef, il-pubbliku jkun jista’ jikkuntattja lis-sid.

Dawn it-tags jinbiegħu għal prezz ta’ madwar €3, fejn €1 minn kull tag imur bħala donazzjoni. Dawn it-tags jiġu f’bosta kuluri, qies u forom, u jistgħu jinxtraw permezz ta’ SMS, onlajn jew anke bil-posta.

tags

Dawn huwa t-total ta’ flus li nġabar fl-aħħar kampanji:

Carers for stray & abandoned felines €526
AAA €533
Noah’s Ark €512
Island Sanctuary €505
Malta SPCA €500
Happy Paws €500
Animal Protectors €500
Carers for stray & abandoned felines€500
AAA €500

Dawn jammontaw għal total ta’ €4576.

L-AAA hija d-disa’ assoċjazzjoni li bbenefikat minn din l-inizjattiva, assoċjazzjoni li taħdem ta’ kuljum biex annimali li jitħallew jiġru fit-toroq jew ikunu f’kundizzjoni ħażina jingħataw tama ġdida. Din l-assoċjazzjoni tonfoq madwar  €4000, u tiddependi fuq dik id-donazzjoni żgħira li jagħmel il-pubbliku.

Din il-kampanja se tkun qed tkompli, din id-darba l-flus se jmorru għal Animal Guardians Malta. Fattur importanti ieħor huwa l-fatt li meta persuna ma tkunx taffordja tħallas għal din it-tag, l-SPCA xorta waħda tagħti dawn l-ID tags biex tassigura li kull annimal ikun jista  jingħaqad mas-sid tiegħu f’każ li jintilef.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend