Il-Ħamruniżi wkoll jiċċelebraw Santa Marija | One News

Notifiki

Il-Ħamruniżi wkoll jiċċelebraw Santa Marija

Il-ħmistax t’Awwissu hija waħda mill-aktar dati mistennija tul is-sajf Malti kollu.

Minkejja li l-Maltin imdorrijin jirreferu għaliha bħala s-seba’ Santa Marijiet, din il-festa hija ċċelebrata fi knejjes u kappelli oħrajn madwar il-gżejjer Maltin.
Hekk kif huma bosta dawk ħerqana biex jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija, speċjalment fis-seba’ lokalitajiet li jiffurmaw l-hekk imsejħa seba’ Santa Marijiet, kappella żgħira f’kantuniera fil-Ħamrun ukoll tiċċelebra l-istess festa.

L-istorja tal-Knisja tal-Madonna tas-Samra tmur lura diversi snin, bid-devozzjoni lejn Santa Marija ffurmat matul l-aħħar ħamsin sena.

Filfatt, bl-istatwa tagħlaq ħamsin sena, s-sena d-dieħla, huma bosta l-Ħamruniżi li jinġabru f’din il-kappella ċkejkna biex jiċċelebraw dan il-jum t’importanza soċjali, kulturali u Reliġjuża.

Kappella li iżda ma tkunx fl-istat glorjuż li tinsab fih illum li kieku ma kienx għal Twanny Scerri, li b’tant dedikazzjoni ilu jieħu ħsiebha għal dawn l-aħħar sittax –il sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend