Tliet persuni jweġġgħu f'inċidenti separati | One News

Notifiki

Tliet persuni jweġġgħu f’inċidenti separati

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa (0500hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident stradali fi Triq Durumblat, il-Mosta.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li vettura tat-tip Toyota Vitz għal xi raġuni kellha impatt ma’ ħajt. Jidher li l-vettura kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn Ħ’Attard minn żagħżugħ ta’ 21 sena, residenti l-Pieta`.

Flimkien mas-sewwieq kien hemm ukoll passiġġiera – tfajla ta’ 17-il sena residenti Ħad-Dingli.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard il-ġuvni ta’ 21 sena wkoll ittieħed l-isptar minn xi qraba.

Il-kundizzjoni medika taż-żewġ persuni għadha mhux magħrufa.

L-assistenza tal-Pulizija intalbet ukoll f’inċident separat fi Vjal Santa Luċija kantuniera ma’ Triq il-Labour, il-Marsa, għall-ħabta tal-ħamsa u kwart (0515hrs) ta’ dalgħodu.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ vetturi tat-tip Vauxhall Corsa misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Fgura u Hyundai Accent misjuqa minn raġel ta’ 52 sena li joqgħod iż-Żejtun.

Flimkien mar-raġel ta’ 52 sena kien hemm ukoll mara ta’ 46 sena wkoll residenti ż-Żejtun li ttieħdet l- Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha rigward dawn iż-żewġ inċidenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend