MALTA TERĠA’ BL-IKBAR TKABBIR EKONOMIKU – One News

MALTA TERĠA’ BL-IKBAR TKABBIR EKONOMIKU

Matul l-ewwel kwart tal-2016, Malta rreġistrat l-ogħla tkabbir ekonomiku minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Kontra medja ta’ tkabbir ta’ 1.8% madwar l-Unjoni Ewropea, il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna kiber b’4.9% meta mqabbel ma’ sena qabel.

It-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku seħħ fil-Lussemburgu, fejn kien hemm żieda ta’ 4.4%. B’kuntrast, fil-Greċja l-ġid nazzjonali naqas b’0.8%.

Din hija t-tieni darba matul il-leġiżlatura preżenti li pajjiżna kellu l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Fit-tieni kwart tal-2013 il-ġid nazzjonali kien żdied b’5%.

B’reazzjoni għal dan, il-Gvern irrimarka li l-aħbar li Malta kellha l-ogħla tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea ġiet ftit ġimgħat biss wara li pajjiżna kiseb għall-ewwel darba fl-istorja l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dan jikkonferma l-qagħda tajba tal-ekonomija tagħna li mhux biss qed tikber b’pass kważi tliet darbiet aktar mgħaġġel mill-bqija tal-Unjoni Ewropea, imma qiegħda wkoll tiġġenera ammont rekord ta’ postijiet tax-xogħol.

Il-Gvern żied jgħid li dan huwa ċertifikat ieħor pożittiv għal pajjiżna. Fix-xhur li ġejjin il-Gvern se jkompli bil-ħidma tiegħu biex l-ekonomija tkompli tikber u twassal għal aktar titjib fid-dħul tal-familji u n-negozji f’pajjiżna

Screen Shot 2016-08-12 at 14.14.09

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend