Bastiment li se jsalva l-ħajjiet | One News

Notifiki

Bastiment li se jsalva l-ħajjiet

Sa fl-Aħħar se tittieħed azzjoni għall-imwiet ta’ mijiet ta’ refuġjati li dan l-aħħar ħassdu r-reġjun Mediterranju.

Il-Golfo Azzurro, Nhar il-Ġimgħa se jagħmel l-ewwel vjaġġ tiegħu lejn Malta bħala bastiment tas-salvataġġ għar-refuġjati. Dan se jibda jsalpa mill-Port il-Kbir kuljum biex jopera fl-ibħra bejn il-Libja u l-Italja, u jirrispondi għall-sejħiet tal-emerġenza minn dgħajjes tar-refuġjati.

Dan kollu kien mitlub mill-Gvern Taljan bil-għan li mal-500 persuna fil-ġimgħa jkunu salvati.

Il-Bastiment, li kien possibbli grazzi għal fondi pubbliċi lejn il-Fondazzjoni Olandiża tal-Bastimenti tar-Refuġjati, se jsalba mill-Olanda lejn Malta nhar il-Ġimgħa li ġej biex ikun jista jibda l-ħidma tiegġu b’mod immeddjat. Dan se jħaddan l-apparat kollu meħtieg biex ir-refuġjati li jkunu salvati mill-baħar jingħataw dak kollu li għandhom bżonn, fosthom ilma nadif, kenn, u servizzi tal-ewwel għajnuna.

Il-Fondazzjoni Bastimenti tar-Refuġjati qalet li ta’ kuljum, eluf ta’ refuġjati jaqsmu l-Mediterran biex ifittxu ħajja aħjar lil hinn mill-fruntieri Ewropej , vjaġġ li jdum ġranet sħaħ, vjaġġ li jista jkun l-aħħar wieħed tagħhom.

dghajsaimm

Saħħqu ukoll li għalkemm għandha tittieħed azzjoni kontra traffikanti tar-refuġjati, ma jistgħtux jibqgħu iħallu n-nies jitilfu ħajjithom waqt tfixxija għall-paċi u l-hena. Qed jagħmlu dan mhux biex jgħinu lil dawn in-nies jaqsmu l-Mediterran, iżda biex isalvaw il-ħajjiet.

Il-Fondazzjoni Olandiża se taħdem ma għaqdiet simili  biex tgħin bastimenti oħrajn ta’ dan it tip. Din topera biss mas-sejħiet tal-awtoritajiet f’Ruma, u mhux fuq inizjattiva tagħha stess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend