L-iktar nannu fortunat, jew sfortunat? – One News

Notifiki

L-iktar nannu fortunat, jew sfortunat?

Mohammad Basheer Abdul Khadar jista’ jqis ruħu fortunat jew sfortunat, skont kif tħares lejha.

Huwa kien abbord it-titjijra EK521 meta din għamlet inżul ta’ emerġenza u ħadet in-nar f’ajruport f’Dubai. Iżda inqas minn ġimgħa wara, qed jiċċelebra l-fatt li rebaħ il-lotterija ta’ Dubai.

Issa jista’ jgħid li huwa miljunarju, b’elf dollaru Amerikan fil-but.

Xi ftit superstizzjuż, kull meta jivjaġġa lejn l-Indja, Mohammad jixtri biljett tal-lotterija ta’ Dubai. Din kienet is-17-il darba li xtara biljett mill-ajruport. Biex tkompli żżid mal-fortuna, in-nannu rebaħ is-somma erba’ ġimgħat biss qabel għandu jirtira mix-xogħol.

Screen Shot 2016-08-10 at 16.03.56

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend