Putin jirreferi għal Erdogan bħala ħabib – One News

Putin jirreferi għal Erdogan bħala ħabib

Ir-Russja lesta li terġa tibda l-kooperazzjoni ekonomika u rabtiet oħra mat-Turkija. Dan qalu l-President Russu Vladimir Putin lil dak Tork Recep Tayyip Erdogan f’San Pietruburgu.

Din hija l-ewwel żjara ta’ Erdogan mindu seħħ l-attentat ta’ kolp ta’ stat ix-xahar li għadda. Huwa rringrazzja lil Putin, fejn apprezza t-telefonata li għamel il-President Russu eżattament wara l-attentat.

Ir-relazzjoni bejn ir-Russja u t-Turkija marru lura f’Novembru meta t-Turkija waqqgħet ajruplan Russu fil-fruntiera tas-Sirja.

Qabel ma telaq mit-Turkija, Erdogan irrefera għal Putin bħala ħabib u qal li jixtieq jibda paġna ġdida f’dak li għandu x’jaqsam ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend