Pogba lura f’Old Trafford! – One News

Notifiki

Pogba lura f’Old Trafford!

Wara ġimgħat ta’ stennija u ħafna xniegħat il-plejer ta’ nofs il-grawnd ex-Juventus Paul Pogba, ffirma mat-tim tal-Manchester United wara li ġie ffinalizzat it-trasferiment tiegħu mingħand Juventus.

Pogba ffirma kuntratt ta’ 5 snin li jista’ jiġi estiż għal sena oħra.

Pogba li għandu 23 sena kien mat-tim tal-Juventus għal erba’ staġuni, b’kollox lagħab 124 logħba u għamel 38 gowl. Dan il-plejer diġa kien ma’ dan it-tim iżda għażel lill-Bianconeri fl-2012.

Rajna dan il-midfielder jilgħab ukoll mat-tim Franċiż matul l-Euro 2016.

Fil-kummenti tiegħu dan il-plejer qal li huwa kuntent li se jkun qed jerġa’ jilgħab mat-tim li dejjem baqa f’qalbu u li huwa ħerqan biex jaħdem mal-kowċ José Mourinho. Huwa qal li l-esperjenza tiegħu ma’ Juventus kienet waħda sabiħa filwaqt li mas-sit uffiċjali tal-klabb huwa ddeskriviha bħala vaganza.

Il-kowċ José Mourinho ddeskriva lil Pogba bħala wieħed mill-aqwa plejers tad-dinja u li se jkollu rwol importanti f’dan it-tim.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend