Matul vaganza spiċċa refuġjat! – One News

Notifiki

Matul vaganza spiċċa refuġjat!

Il-vaganza ta’ dan iċ-Ċiniż inbidlet f’waħda mhux tas-soltu wara li mar jirraporta li nsterqitlu l-kartiera f’Heidelberg.

Dan it-turist mar f’dak li ħaseb li kien stazzjon tal-pulizija, fejn huwa biż-żball iffirma applikazzjoni tal-ażil. Meta lesta din l-applikazzjoni huwa ttieħed f’kamp tar-refuġjati f’ Dülmen fejn ingħata ikel u flus biex ikun jista’ jgħix bħal kull refuġjat ieħor. Dan it-turist għamel ġimgħatejn jgħix f’dan il-kamp għar-refuġjati u ħadd ma seta’ jifhem dak li kien qed jipprova jgħid dan għaliex huwa jaf jitkellem biss bil-Mandarin.

Man being pickpocketed for his wallet

Kien biss meta talab lill-istaff ta’ restaurant lokali li jservi ikel Ċiniż biex jinterpretaw dak li kien qed jipprova jgħid lill-awtoritajiet Ġermaniżi li ndunaw bl-izball.

Uffiċjal tar-Red Cross Ġermaniża, Christoph Schlütermann, spjega ma’ The Guardian kif dan l-iżball huwa kollu riżultat tal-burokrazija li teżisti fil-pajjiż u tan-nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend