L-imsieħba soċjali jiddiskutu d-dokument ta’ qabel il-baġit – One News

Notifiki

L-imsieħba soċjali jiddiskutu d-dokument ta’ qabel il-baġit

L-Imsieħba soċjali ltaqgħu mal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna biex jiddiskutu d-dokument ta’ qabel il-baġit, li din is-sena ġab it-tema ta’ ‘Prosperita b’ Ġustizzja Soċjali’.

Eżerċizzju li jsir ta’ kull sena biex il-baġit finali jirrifletti x-xewqat u l-bżonnijiet tal-ispettri kollha tas-soċjeta’.

Mingħajr ma żvela d-dettalji, lill-membri tal-midja, il-Ministru Edward Scicluna stqarr li l-isfidi għall-gvern, fit-tieni nofs tal-leġislatura huma ferm ikbar minn dawk tal-ewwel parti. Għaliex minkejja li l-ekonomija sejra tajba, l-aspettattivi tas-soċjeta ċivili splodew.

Dan filwaqt li l-gvern irid jagħmel tajjeb għall-inġustizzji li saru minn gvernijiet preċedenti u l-wegħdiet li saru s’issa.

Scicluna irrimarka kif il-mira tal-gvern hija li pajjiżna jkollu tkabbir ekonomiku sostenibbli biex sa’ massimu ta’ għoxrin sena oħra, l-livell t’għixien tal-Maltin ikun daqs jew saħansitra jissupera l-medja Ewropea.

Minkejja li l-baġit għas-sena d-dieħla se jkompli jinvesti fl-infrastruttura tal-pajjiż u fir-riżors uman, fost oħrajn, il-Ministru għall-finanzi qal li issa wasal żmien il-moderazzjoni biex r-riżorsi Maltin ikunu kapaċi isostnu t-tkabbir ekonomiku.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Tkabbir ekonomiku, aktar xoghol u gid imferrex fuq kulhadd.
    Kulhadd ghandu jiehu pjacir b`dal gid fil-pajjiz, int min int u ma liema Partit izzomm —wara kollox – Malta Taghna Lkoll.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend