Kellha tkun it-tqala biex tintebaħ li kellha kanċer – One News

Notifiki

Kellha tkun it-tqala biex tintebaħ li kellha kanċer

Ħajja tiġi u oħra titlaq..Storja emozzjonali hija dik ta’ Laurel Cohen u r-raġel tagħha Dave Cohen, din il-koppja kienet f’ġenna tal-art tistenna ħerqana t-twelid ta’ l-ewwel wild tagħhom.

Iżda storja ta’ ferħ u kuntentizza nbidlet f’waħda ta’ dieqa u dwejjaq dan wara li għaxar gimgħat biss wara li Laurel weldet tarbija, tilfet ħajjitha.

Cohen li hija terapista fil-ward tal-onkoloġija fl-isptar ta’ Londra, bdiet tħoss uġigħ kbir f’żaqqha, taqta’ nifisha u bdiet tbagħti wkoll minn konstipazzjoni iżda hija ħasbet li dawn kienu sintomi normali tat-tqala. F’kull vista li kellha, it-tobba dejjem qalula li kemm hi u kemm it-tarbija huma b’saħħithom.

Iżda fit-35 ġimgħa tat-tqala tagħha, l-uġigħ f’żaqqha żid u kien propju fl-10 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet li daħlet l-isptar għall-osservazzjoni.

Minkejja li t-tobba baqgħu jgħidulha li ma kellha xejn u li dan kien biss uġigħ tat-tqala, kemm hi u kemm ir-raġel tagħha xtaqu li jsiru aktar testijiet. Sfortunatament, l-uġigħ li ħasset din il-mara kien riżultat ta’ kanċer terminali fil-musrana.

Wara din l-aħbar, l-omm kellha twelled lit-tifla tagħha Ruby f’ċesarja, li twieldet ħames ġimgħat qabel il-waqt. Mit-testijiet ħareġ li mhux biss kienet qed tbagħti minn kanċer terminali fil-musrana iżda li kien infirex ukoll għal fwied tagħha.

Ir-raġel ta’ din il-mara stqarr li għal bidu beda jwaħħal fit-tobba li ma ntebħux x’kien l-uġigħ iżda huwa stqarr li s-sintomi setgħu xorta waħda kienu tat-tqala u li għalhekk illum wara l-mewt ta’ martu jifhem li għamlu dak kollu li setgħu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend