Tal-ISIS saru aktar dgħajfa, imma hemm għadhom – One News

Notifiki

Tal-ISIS saru aktar dgħajfa, imma hemm għadhom

Il-President Amerikan Barack Obama qal li saru avvanzi kontra l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja, iżda avża li-grupp xorta għadu theddida.

Qal li hekk kif il-grupp Ġiħadista sofra telfiet, jeżistu sinjali li se jmexxi l-attakki f’pajjiżi oħra. Żied ukoll li hemm il-possibiltà li persuna taġixxi weħidha jew fi grupp żgħir, bil-għan li joqtol lin-nies. Esprima tħassib li netwerks fl-Amerka b’intenzjonijiet ħżiena jistgħu ikunu attivati.

Waqt li ndirizza lill-ġurnalisti fil-Pentagon, ċaħad li sar ħlas ta’ 400 miljun dollaru lill-Iran, bħala fidwa għall-ħelsien ta’ priġunieri Amerikani f’Jannar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend