Sentenza sospiża wara li werwer titjijra – One News

Sentenza sospiża wara li werwer titjijra

Bulgaru li f’Ġunju li għadda rrimarka l-kliem “Ħadd mhu se jsalva” eżatt qabel titjira, ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ġie mmultat is-somma ta’ €3,800. Dan rriżulta minn titjira minn Malta li kienet sejra Ateni meta hekk kif il-passiġġieri kienu fil-kowċ biex mit-terminal biex jaslu sa ħdejn l-ajruplan, Ivan Manolov, ta’ tnejn u ħamsin sena, instema’ jgħid il-kliem, “No-one is going to survive.”

Koppja li semgħetu, irrapportat mill-ewwel lil uffiċjali tal-ajruport li min-naħa tagħhom avżaw lill-Pulizija u l-Bulgaru ġie arrestat. L-imputat kien ilu jgħix Malta għal xi erba’ snin u huwa kien jaqsam fejn kien jgħix ma’ persuni oħra iżda ġara li sidt l-appartament keċċietu wara li nqala’ l-ġlied bejnu u bejn dawk li kien jgħix magħhom.

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, l-imputat kien ġie mixli li kkawża biża’ f’persuni oħra li kienet se tintuża vjolenza kontrihom. Kien ġie mixli wkoll li hedded lill-Ispettur Magro u lis-Surġent David Parnis waqt li kien arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *