Malta u l-Italja se jiċċelebraw flimkien – One News

Notifiki

Malta u l-Italja se jiċċelebraw flimkien

Is-Segretarju Parlmentari Ian Borg u s-Segretarju tal-Istat Taljan għall-Affarijiet Ewropej Sandro Gozi tkellmu dwar il-klima politika Ewropea u iddiskutew il-preparamenti għas-60 sena mit-Trattat ta’ Ruma.

F’laqgħa dalgħodu, Gozi qal li dan l-anniversarju se jkun qed jiġri waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi u dak Malti Joseph Muscat se jkunu qed jospitaw avveniment flimkien.

It-Trattat ta’ Ruma huwa dak it-trattat uffiċjali li permezz tiegħu ġiet stabbilita l-Komunità Ekonomika Ewropea. Kien iffirmat nhar il-25 ta’ Marzu 1957 mill-Belġju, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, u l-Ġermanja tal-Punent.

Ian Borg irrifletta dwar il-futur tal-Ewropa billi qal li l-migrazzjoni u d-dritt għall-ażil se jkunu priorità għal Malta waqt il-presidenza tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea. Malta tixtieq tiddiskuti wkoll il-kunċett ta’ suq waħdani, l-aġenda diġitali, l-unjoni fl-enerġija u n-nuqqas ta’ fiduċja taċ-ċittadini fil-kunċett Ewropew.

Ritratt: DOI, Clodagh Farrugia O’Neill

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend