Ajruplan Taljan jispiċċa fit-triq – One News

Notifiki

Ajruplan Taljan jispiċċa fit-triq

Ajruplan tal-merkanzija baqa’ dieħel f’kanċell u sab ruħu fit-triq wara li ħareġ mir-runway fl-ajruport internazzjonali Taljan f’Bergamo.

L-ajruport fil-Lombardia kien magħluq temporanjament, wara l-inċident li kien involut fih il-Boeing 737-400, propjetà tal-kumpanija DHL.

Stampi drammatiċi juru kif in-naħa tan-nofs tal-ajruplan spiċċat quddiem il-karozzi li kienu għaddejjin mit-triq.

Hu mifhum li l-ajruplan, li kien ġej mill-ajruport Charles de Gaulle ta’ Pariġi, kien qed jipprova jinżel fil-maltemp, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu.

B’xorti tajba ż-żewġ membri tal-ekwipaġġ li kien hemm abbord ma sofrew ebda ġrieħi.

 

View image on Twitter
View image on Twitter
Plane overshoots Bergamo runway

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend