Akkużat li pparteċipa f’atti sesswali ma’ wliedu – One News

Notifiki

Akkużat li pparteċipa f’atti sesswali ma’ wliedu

Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq b’arrest il-Qorti mixli li pparteċipa f’attivitajiet sesswali u li kkorrompa liż-żewġ uliedu bniet.

Ġie allegat li raġel wettaq dawn l-atti fuq perjodu ta’ sitt snin u li saħansitra mmasturba quddiem uliedu.

Fil-qorti ħareġ li l-ewwel kienet waħda mit-tfal li tkellmet u stqarret li oħta ukoll kienet għaddiet mill-stess esperjenza.

Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat tat il-ħelsien mill-arrest lill-imputat fuq depożitu ta’ €12,000 u garanzija personali ta’ €8,000.

Il-Qorti għamiltha ċara li l-imputat ma jistax ikellem lill-uliedu. Filfatt ir-raġel ġie ordnat biex għalissa jgħix waħdu fid-dar, filwaqt li l-omm se tmur tgħix ma’ ulieda f’dar oħra.

Il-Qorti ordnat li jkun hemm id-divjet fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-missier u ta’ uliedu, u anke ta’ fejn joqogħdu.

Il-Qorti ordnat ukoll li lanqas jissemmew l-etajiet tal-persuni nvoluti f’dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. IL QORTI BIS SERJETTA DAWWAR GHALL LULIDU TAWH POST AR RASU WKOLL VERA QORTI LI MA TIFLAHX TAQQA GHAN NEJK IKTAR TAL BIZA LI NISMA GHAWNHEKK

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend