Setgħet ġrat hawn Malta! – One News

Notifiki

Setgħet ġrat hawn Malta!

Ajruplan tal-Emirates ħa n-nar fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Dubai, wara li niżel b’emerġenza minħabba problema fl-apparat. L-ajruplan kien sejjer lejn l-Indja. Dan l-inżul ta’ emerġenza ma sarx Malta b’ xagħarha hekk kif propju lbieraħ dan l-ajruplan kien jinsab fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta.  Informazzjoni tas-sit FlightRadar24 turi li l-ajruplan wasal pajjiżna minn Tunis fit-14.40 p.m. Minn l-aħħar informazzjoni jidher li pumpier tilef ħajtu waqt li kien qed jipprova jitfi n-nar li ħakem lil dan l-ajruplan.

X’nafu sa issa?

• Emirates Boeing 777-300 A6- EMW għamel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport internazzjonali ta’ Dubai

• Emirates ikkonfermaw li l-inċident seħħ fl-3.45 p.m.

• It-titjira kienet minn Thiruvananthapuram għal Dubai

• Kien hemm 282 passiġġier u 18- il membru tal-ekwipaġġ, li kollha kienu evakwati b’suċċess

• Dawk fuq il-post qalu li l-ewwel li raw kien duħħan ħiereġ mill-ajruplan

• Iktar tard ħarġu filmati li urew ukoll splużjoni mal-mument li l-ajruplan niżel fuq ir-runway

• Pumpiera ġrew biex jikkontrollaw in-nirien u wieħed miet

• L-organizazzjoni Ewropea tas-sigurtà fl-ajru qalet li l-ajruport ta’ Dubai mhux se jaċċetta ajruplani sakemm kollox ikun ċar

• It-titjiriet niżlu f’ajruporti viċin

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend