Lesti ruħek jekk sejjer l-Ingilterra – One News

Notifiki

Lesti ruħek jekk sejjer l-Ingilterra

Jekk sejjer l-Ingilterra tieħux qatgħa meta tara numru sinifikanti ta’ pulizija fit-toroq.

Dan għaliex il-Kummisarju tal-pulizija Metropolitana, Bernard Hogan-Howe, ħabbar li se jkunu qed jiżdiedu n-numru ta’ pulizija armati fit-toroq ta’ Londra.

Huwa qal li dawn se jkunu stazzjonati f’postijiet popolari u li l-iktar iżuruhom nies, dan wara l-attakki terroristiċi li saru fl-Ewropa.

Il-Pulizija spjegat li n-numru ta’ pulizija armati se jiżdied b’600, dan ifisser li se nkunu qegħdin naraw 2,800 pulizija fit-toroq ta’ Londra.

Din l-aħbar ħarġet wara 84 persuna sfaw maqtula f’Nizza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend