L-Oppożizzjoni tkompli bl-attakki tagħha – One News

Notifiki

L-Oppożizzjoni tkompli bl-attakki tagħha

Il-Kap tal- Oppożizzjoni jagħżel li jerġa’ jattakka l-istituzzjonijiet ewlenin ta’ pajjiżna. Wara li attakka għal diversi drabi l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Awtorita tax-Xandir, il-Qorti Kostituzzjonali, u saħansitra l-ġudikatura għax jippretendi li hu jagħżel il-ġudikanti li jisimgħu l-kawżi, issa kien imiss li jattakka l-Financial Intelligence Analysis Unit u ċ-Chairman tiegħu li hu l-Avukat Ġenerali.

Dan qalu l-Gvern Malti b’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet li għamlu ix-Shadow Minister Mario de Marco flimkien mal-Kelliema għas-Servizzi Finanzjarji, l-IT u l-Gaming Kristy Debono.

L-istqarrija tispjega li ironikament l-Avukat Ġenerali ġie appuntat fil-pożizzjoni tiegħu minn amministrazzjoni Nazzjonalista u jgawdi security of tenure sħiħa skont il-kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Anke l-liġi nnifisha li ħolqot il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) saret minn żmien amministrazzjoni preċedenti u l-Kap tal-Oppożizzjoni missu jaf li l-ligi li saret meta l-partit tiegħu kien fil-Gvern tesiġi kunfidenzjalità tant li tagħmilha reat kriminali serju li jiġu żvelati dettalji marbuta mal-operat tal-istess FIAU.

Hija ħasra li l-Oppożizzjoni ma tridx tbiddel it-triq ta’ negattività li qabdet f’dawn l-aħħar tliet snin u li mhi qed twassalha għall-ebda riżultat konkret, temmet l-istqarrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend