Jabbużaw l-immigranti biex ma jmorrux iżjed – One News

Notifiki

Jabbużaw l-immigranti biex ma jmorrux iżjed

Grupp li jissalvagwardja d-drittijiet umani fl-Awstralja, qed jallega li numru ta’ immigranti li qed jgħixu f’kamp ta’ detenzjoni qed jiġu abbużati. Huma qed jallegaw li dan qed isir bl-għan biex immigranti li qed ifittxu l-ażil ma jagħżlux dawn l-ibħra.

Vjolenza, tfal morda jitħallew bla mediċina u numru ta’ immigranti ta’ kuljum jippruvaw jagħmlu suwiċidju. Dawn huma ftit mill-allegazzjonijiet li qed tagħmel Amnesty International and Human Rights wara li marru f’dan il-kamp li jinsab fuq il-gżira Nauru.

Micahel Bochenek, li huwa wieħed mill-persuni li jaħdem favur id-drittijiet umani, spjega li huma ma avżawx lill-awtoritajiet b’din iż-żjara biex ikunu jistgħu jaraw is-sitwazzjoni reali ta’ dan il-kamp.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend