Esplora: Għodda ta’ tagħlim għall-istudenti tal-MCAST – One News

Notifiki

Esplora: Għodda ta’ tagħlim għall-istudenti tal-MCAST

Il-Kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija (MCST) u l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) iffirmaw memorandum of understanding li jiffoka fuq l-oqsma tal-komunikazzjoni tax-xjenza kif ukoll fil-gwidi għall-karrieri.

Huwa ppjanat li jiġu offruti apprentistati u esperjenza ta’ xogħol lill-istudenti tal-Kulleġġ MCAST fil-Kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija, partikolarment f’Esplora, ċ-ċentru tax-xjenza interattiva li qed jiġi żviluppat f’Bighi, l-Kalkara.20160803_132051

Inizjalment ix-xogħol se jiġi offrut lil numru ta’ studenti pproponuti mill-MCAST għall-perjodu qasir ta’ żmien, min hemm, imbagħad issir selezzjoni ta’ studenti li se jitħaddmu matul ix-xhur tas-sajf.

Dan il-ftehim se joħloq sinerġija bejn l-MCST u l-MCAST u tkompli tiżviluppa r-relazzjoni bejn l-entitajiet. Se joħloq inkoraġġiment biex jintgħażlu suġġetti tax-xjenza, kif ukoll se jgħin l-istudenti jizvilluppaw professjonalment kif ukoll personalment. Se jgħin ukoll fit-tranżizzjoni mill-ħajja akkademika għad-dinja tax-xogħol għaliex l-istudenti se jkunu esposti għal esperjenzi u opportunitajiet f’diversi oqsma relatati max-xjenza u l-arti.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend