22 persuna nieqsa wara li ċeda pont – One News

Notifiki

22 persuna nieqsa wara li ċeda pont

Minn tal-inqas 22 persuna jinsabu nieqsa wara li waqa pont li kien jgħaqqad il-belt Indjana Mumbai ma’ Goa.

Uffiċjali qalu li żewġ karozzi tal-linja bil-passiġġieri spiċċaw fi xmara wara li l-pont ċeda kmieni fil-jum tal-Erbgħa.
Intqal li mat-80 persuna, fosthom għaddassa, issejħu immedjatament fuq il-post, iżda s’issa għadhom ma nstabu la vetturi u lanqas nies li salvaw.

It-tfittxija qed tkun iktar diffiċli minħabba x-xita qalila li nieżla, filwaqt li t-traffiku kien devjat għal pont ġdid li hemm fiż-żona.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend