It-triq għall-futur | One News

Notifiki

It-triq għall-futur

Li tkun l-aktar Prim Ministru fdat fl-Ewropa huwa riżultat ċar tal-ħidma ta’ dan il-Gvern.  Prim Ministru fdat ma jitkejjilx bil-mod kif tilbes jew kif iżżomm il-figura, iżda jitkejjel bl-istabbiltà li jkun hawn fil-pajjiż, bil-ġid li jkun qed jinħoloq u bis-serħan-il moħħ li Gvern iġib fis-socjetà.

Żgur li minn meta ħa t-tmexxija f’idejh Joseph Muscat, l-affarijiet ma sabhom xejn sbieħ.  Il-baħar madwarna u l-maltemp ekonomiku, iħabbat kien u iħabbat baqa’.  Iżda dan il-Prim Ministru kien kapaċi jħares ‘l quddiem, jara l-potenzjal li għandu x’joffri pajjiżna, ixammar il-kmiem u jaħdem. Dan huwa Gvern li mill-ewwel ġurnata tiegħu fit-tmexxija kien determinat li jerġa’ joħloq fiduċja fin-nies lejn il-politiċi u l-politikanti.

Li tkun l-aktar Prim Ministru fdat huwa ċertifikat li l-poplu kollu Malti għandu biex ikun kburi.  Prim Ministru l-aktar fdat tfisser ukoll Gvern b’saħħtu, Gvern li qed iwettaq u Gvern kredibbli.  Gvern li qed jimxi mal-manifest elettorali tiegħu u Gvern li qed jindirizza l-isfidi taċ-ċittadini u tal-pajjiż.

Prim Ministru fdat huwa riżultat ukoll tas-serjetà li dan il-Gvern irnexxielu joħloq fid-dipartimenti tiegħu, riżultat tat-tisħiħ fl-ekonomija u għal mod kif irnexxielu jdawwar it-tmun mill-maltemp għal bnazzi u kisbiet kbar ta’ suċċessi.

Il-poplu jiġġudika Prim Ministru u jafdaħ bil-pajjiż sforz l-istabbiltà, serjetà, onestà, impenn lejn il-poplu u wara kollox, ir-riżultati li jsarrfu fi flus fil-but.

Taħt dan il-Gvern, kulħadd qed jgħix b’mod seren.  Kemm jekk inti ta’ fehma politika jew oħra.  Din hija sfida li kellu Joseph Muscat quddiemu, li fi Gvernijiet preċedenti ftit kont tarahha.  Nafu li fi żminijiet tal-PN, tal-qalba biss kienu jgawdu u l-ġid kien qed jigi konċentrat f’min imexxi u l-klikka tal-madwar.  Ma dan il-Gvern, l-attitudni u l-kultura nbidlet.  Jekk int trid taħdem hemm post għalik żgur u jekk trid tirnexxi, dan il-Gvern jagħtik l-għodod kollha biex tirnexxi.

Minn naħa l-oħra, għadna naraw oppożizzjoni staġnata, mwaħħla f’politika li ħadd ma jridha, politika ta’ opportuniżmu u ta’ firda.  Oppożizzjoni li hija ddisprata, li tilfet il-poter u oppożizzjoni ddisprata biex tirbaħ il-poter.  Mhux għall-ġid tal-Maltin, iżda għall-ġid ta’ min kien qed jiffanga u jibla’ kemm jiflaħ.

Żminijiet li ma nsejnihomx għax kienu żminijiet ta’ inġustizzji kbar u żminijiet fejn kien hawn min qala’ fuq wiċċu, anke minħabba l-kulur politiku tiegħu.

Il-futur ta’ dan il-pajjiż reġa’ ġie sabiħ u pożittiv.  Futur li jixraq lil pajjiżna u ghalhekk bix-xogħol u direzzjoni li qabad dan il-Gvern, il-Prim Ministru tagħna huwa l-aktar fdat fl-Ewropa u jnissel l-akar fiduċja fil-Malti meta mqabbel ma l-2012, meta kien hemm amministrazzjoni Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend