Ċempilli David Thake u weġibtu hekk… | One News

Notifiki

Ċempilli David Thake u weġibtu hekk…

Ftit tal-ħin ilu David Thake ċempel in-newsroom u mingħajr ma’ qalilna min hu għamel numru ta’ mistoqsijiet. Għidtlu li għaraftu u weġibtu, anke jekk meta gideb fuqi ma weġibnix, bl-iskuża li qed jaqta’ xagħru.

Staqsieni kemm se jdum it-tanker tal-gass sorġut fil-Port ta’ Marsaxlokk. Għidtlu li se jdum sa meta jitlesta l-pipeline tal-gass li ma lestewx sħabu Lawrence Gonzi u Simon Busuttil u li se jlestih il-gvern ta’ Joseph Muscat.

Staqsieni jekk il-kuntratt hux ippubblikat. Għidtlu li se jkun ippubblikat, mhux bħal ta’ Rosette Thake li minn partit fallut tieħu €60,000 fis-sena jew bħal ma kien għal ħafna snin tal-Vanilla Telecom mal-ITS. Fuq kollox se jkun ippubblikat mhux bħal kuntratt ta’ dawk li selfu b’mod sigriet lill-Partit Nazzjonalista.

Qalli wkoll biex nitkellem bħan-nies. Fakkartu li ma kont qed ngħajjar lil ħadd ġurdien (bħalma qalet bintu lill-laburisti) u għalhekk kont qed nitkellem tajjeb ħafna.

Fuq kollox inserraħlu rasu li t-tanker tal-gass ikun telaq qabel Simon Busuttil ikun lesta l-kaffeterija fid-Dar Ċentrali.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend