Jammettu li kkaġunaw ħsarat fil-karozzi – One News

Notifiki

Jammettu li kkaġunaw ħsarat fil-karozzi

Żewġ Żvizerri tpoġġew fuq probation għal sentejn wara li ammettew li l-Ħamis li għadda ikkaġunaw numru ta’ ħsarat f’karozzi f’Tas-Sliema.

Huma tressqu l-Qorti illum, fejn ġie spjegat kif il-Ħamis bejn is-sitta u t-tmienja ta’ filgħodu għamlu ħsara li ma teċċediex is-somma ta’ €2,500 ewro.

Wara li l-Maġistrat Joseph Mifsud qies l-ammissjoni taż-żewġ persuni, apparti l-probation, ordna li jħallsu tal-ħsarat fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend