L-ewwel mara li aċċettat in-nomina tad-Demokratiċi – One News

Notifiki

L-ewwel mara li aċċettat in-nomina tad-Demokratiċi

Il-kandidata għall-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti Hillary Clinton qalet lill-votanti li dan huwa mument li wieħed jippremja jew jikkundanna azzjonijiet passati. Dan qalitu f’Philadephia, fejn saret l-ewwel mara fl-istorja li aċċettat nomina minn partit ewlieni, dak Demokratiku.

Forzi b’saħħithom qed jipprovaw jifirduna, qalet Clinton, filwaqt li kkundannat lill-kandidat f’isem ir-Repubblikani Donald Trump, għax temmen li qed jiżra l-firda.

“Jixtieq jifridna minn ma’ xulxin u minn mall-kumplament tad-dinja” sostniet Clinton, u Trump pront wieġeb fuq Twitter li d-diskors tagħha ma qal xejn fuq kif se jeħilsu mill-Iżlam radikali. Dan in-nuqqas, jemmen Trump, ifisser li Clinton mhux kapaċi tmexxi.

Chelsea Clinton ta’ 36 sena, li tiġi bint Hillary Clinton, qasmet memorji tagħha m’ommha. Iddeskrivietha bħala mara li taħseb għal ħaddieħor, li għanda sens ta’ umoriżmu u li dejjem kienet hemm għaiha.

Screen Shot 2016-07-29 at 08.15.26

Dan id-diskors ma kienx faċli għal Clinton, wara l-ewforja ta’ nhar l-Erbgħa, meta nies bħal Joe Biden u l-President Barak Obama faħħruha. Il-poplu Amerikan kien qed jistenna bi ħġaru jsir jaf aktar x’tip ta’ krattru għandha u x’kapaċi toffri Clinton. L-iktar punt li dwaru saħqet kien dak li l-Amerikani aktar b’saħħithom meta jingħaqdu flimkien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend