Jindirizza eluf ta’ żgħażagħ fil-Polonja – One News

Notifiki

Jindirizza eluf ta’ żgħażagħ fil-Polonja

Il-Papa Franġisku indirizza aktar minn sitt mitt elf żagħżugħ u żagħżugħa li nġabru fi Krakovja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Huwa ħeġġiġhom biex juru kompassjoni mal-immigranti u jilqgħuhom f’pajjiżhom. Minkejja li l-Polonja – il-post fejn tkellem il-Papa – għandha għeruq kbar Kristjani, il-Gvern ma jaqbilx mal-kwota mandatorja tal-Unjoni Ewropea ta’ kemm għandu jaċċetta immigranti.

Intant, illum il-Papa Franġisku se jżur u jitlob f’dak li kien il-kamp tal-konċentrament fi żmien in-Nażisti, Auschwitz-Birkeneu. Il-kamp fejn aktar minn miljun persuna tilfu ħajjithom matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Hawnhekk mistenni jiltaqa’ wkoll m’uħud li kienu fl-istess kamp u salvaw.

Iż-żjara tal-Papa Franġisku fil-Polonja timmarka l-1,050 sena minn meta l-istess pajjiż beda jħaddan il-Kristjaneżmu.
Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend