Iħanxarlu rasu u jbiċċirlu l-mara għal pakkett gallettini li jiswa 20 ċenteżmu | One News

Notifiki

Iħanxarlu rasu u jbiċċirlu l-mara għal pakkett gallettini li jiswa 20 ċenteżmu

Raġel mill-komunità Dalit fl-Indja tħanxritlu rasu, filwaqt li martu tbiċċret tant li tilfet ħajjitha. Dan kollu wara ġlieda fuq 15 rupees – ċioe 20 ċenteżmu tal-ewro.

Il-Pulizija kkonfermat li l-koppja nqatlu minn sid ta’ grocer li huwa ta’ klassi soċjali aktar superjuri, wara li r-raġel qallu li għandu bżonn aktar żmien biex iħallas ta’ pakkett gallettini li xtara minn hemm, għat-tlett itfal tiegħu. Id-delitt seħħ kmieni fid-distrettt ta’ Mainpuri, meta l-koppja kienu sejrin lejn ix-xogħol. Kien hawn li s-sid, li jismu Ashok Mishra,  beda jitlob il-flus akkost ta’ kollox. Kien għalxejn li l-koppja spjegawlu li kienu se jitħallsu aktar tard il-Ħamis stess, u b’hekk setgħu iħallsu lil tal-ħanut.

Sid il-ħanut jinsab arrestat, tad-delitt li wettaq fuq dawn in-nies mill-komunità Dalit, meqjusa bħala l-aktar baxxa fis-soċjetà Indjana.

Il-komunità Dalit qed tipprotesta bil-qawwi.

Screen Shot 2016-07-29 at 11.01.39

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend