Appoġġ bil-fatti lil min jgħin vittmi tal-vjolenza domestika – One News

Notifiki

Appoġġ bil-fatti lil min jgħin vittmi tal-vjolenza domestika

  • Kuntratt ta’ €342,400 għal Dar Merħba Bik

Kien iffirmat public social partnership bejn il-Gvern u Dar Merħba Bik, dar li toffri kenn lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u wliedhom.firmaSa ftit taż-żmien ilu din l-organizazzjoni non governattiva kienet tapplika għall-għajnuna finanzjarja biex tkun tista’ topera. Issa dan il-kuntratt ta’ tliet snin se jgħin biex din l-għaqda ikollha rasha mistrieħa b’fondi għal tliet snin. B’hekk il-bord ikun jista’ jippjana bil-quddiem.

L-għajnuna finanzjarju hija ta’ €342,400 imqassma fuq tliet snin u dawn il-fondi se jmorru għal spejjeż operattivi bħal pagi u spejjeż oħra amministrattivi.

Bħalissa f’din id-dar hemm 12–il mara residenti u magħhom hemm ukoll l-ulied. Ulied li l-età tagħhom tvarja bejn tliet xhur u 14-il sena. Kelliema għall-NGO qalet li t-trawma li jgħaddu minnha dawn it-tfal ħafna drabi waqt li jkunu qed jilgħabu. Filwaqt li spjegat kif appoġġ bħal dan se jgħin biex l-organizazzjoni ssir iktar ambizzjuża f’ħidmietha. Fosthom li tmur għan-nies hi fejn permezz ta’ inizjattivi tiddentifika minn qabel mingħandu bżonn l-appoġġ.

Il-Ministru, għall-Politika Soċjali, Michael Farrugia qal li rridu naslu f’punt fejn ma tkunx il-vittma li toħroġ mid-dar iżda min iwettaq ir-reat. Għalkemm irrikonoxxa li l-irwol ta’ djar bħal Merħba Bik jibqa’ dejjem importanti u għalhekk dan l-appoġġ mill-gvern.

Il-kċina li toffri post ta' ikla bil-kwiet għal min ra s-swat
Il-kċina li toffri post ta’ ikla bil-kwiet għal min ra s-swat
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend