M’hemmx trasparenza fil-Qorti ! – One News

Notifiki

M’hemmx trasparenza fil-Qorti !

Sħana kemm hi sħana, ara ma jgħaddilekx minn moħħok li tmur il-Qorti b’xi flokk li tant hu ħafif li jgħaddi d–dawl minnu. Iċ-charter imniedi llum għaċ-ċittadini li jużaw il-Qorti jsemmi dan it-tip ta’ ilbies fost dak li m’għandux jintlibes meta wieħed imur il-Qorti.

Fil-fatt waħda mill-mistoqsijiet li jwieġeb iċ-charter hemm dak dwar x’għandu jilbes meta wieħed imur il-qorti. Jew inkella m’għandux. M’għandekx tilbes:

  • Ilbies trasparenti u skullat
  • Ħwejjeġ bi kliem offensiv, razzista, sessista jew oxxen
  • Ilbies maħmuġ jew imqatta’
  • Tank tops, ħalter tops, u flokkijiet biċ-ċingi
  • Xorts jew bermuha
  • Flip flops
  • Kpiepel u hoodies

Fi kliem ieħor l-irġel jidħlu fl-awla bil-ġlekkk u l-ingravata, u n-nisa jidħlu bi ħwejjeġ bi kmiem.

Aqra aktar dwar iċ-charter hawn. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend