JIKKONFERMA: favur tkabbir tal-art fil-Freeport u kontra r-residenti – One News

Notifiki

JIKKONFERMA: favur tkabbir tal-art fil-Freeport u kontra r-residenti

Permezz taż-żewġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, li ħadu l-linja tiegħu u marru kontra r-residenti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kkonferma li huwa favur aktar tkabbir tal-Freeport fuq art ODZ u għalhekk favur aktar tniġġiż u inkonvenjenzi għan-nies tal-madwar.

Permezz ta’ mozzjoni, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa vvota biex jikkundanna kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq l-espansjoni tal-Port Ħieles.

Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota li Simon Busuttil kompla għaddej bl-istess manuvri tal-establishment politiku li huwa mmilita fih u li llum qed imexxi, billi qed ikompli joħloq aktar inkovenjenzi għan-nies tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta billi dak kollu li jniġġeż aktar u li huwa ta’ detriment għan-nies, qed jipproponi li ‘jintefa’ f’din in-naħa tal-pajjiż.

Il-Partit qal li n-nies huma xxukjati bil-Kap tal-Oppożizzjoni, l-istess persuna li joħlom u jaspira li jkun Prim Ministru, li qed ikompli jqis in-nies ta’ Birżebbuġa u l-madwar bħala nies tat-tieni klassi.

Filwaqt li l-Gvern se jibqa’ impenjat li jgħin lin-negozji, kif diġa rajna b’mod konkret, dan iridu jagħmlu mhux billi jkompli jitfa’ aktar pressjoni fuq residenti li ilhom jaqilgħu fuq rashom is-snin, iżda billi joħloq niċċeċ ġodda ekonomiċi. Filwaqt li Simon Busuttil jibqa’ garanzija ta’ kontijiet ogħla u aktar tniġġiż, dan il-Gvern huwa garanzija ta’ arja aktar nadifa, kontijiet orħos u tkabbir ekonomiku għall-pajjiż kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend