Il-PN jirrifjuta li jiddiskuti l-bidla fid-Dipartiment tal-Artijiet – One News

Notifiki

Il-PN jirrifjuta li jiddiskuti l-bidla fid-Dipartiment tal-Artijiet

Il-Partit Nazzjonalista rrifjuta li jiddiskuti l-bidla li saret biex id-Dipartiment tal-Artijiet inbidel f’awtorità. Din kienet bidla li ilha mistennija u li ġabet it-tifħir ta’ bosta għal mod kif iżżid l-awtonomija ta’ dan id-dipartiment li għal snin twal kien maħkum minn skandlu wara ieħor.

Saħansitra l-bidla kienet deskritta mill-eks Ministru Michael Falzon bħala l-ewwel sforz serju biex il-politiku jnaqqas l-indħil f’dan id-dipartiment. Għalhekk kien il-Partit Nazzjonalista li waħdu baqa’ negattiv.

Ryan Callus, kelliem tal-Partit Nazzjonalista, kien mistieden biex jiddiskuti s-suġġett fil-programm LINK fuq ONE li xxandar ilbieraħ filgħaxija. Iżda, Callus qal li ma setax jaċċetta l-istedina biex jiddibatti mas-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri. Fiċ-ċirkostanzi l-Partit Nazzjonalista ntalab jibgħat rappreżentant ieħor. Iżda, hawn ukoll qal le.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend