Charter biex tintilef inqas fil-kurituri tal-qorti | One News

Notifiki

Charter biex tintilef inqas fil-kurituri tal-qorti

Il-proċess tal-qrati jaf ikun ikumplikat għall-individwu li jfittex rimedju għall-inġustizzja li jkun sofra. Għaldaqstant il-Ministeru għall-Ġustizzja nieda Charter għaċ-ċittadini li jużaw is-servizzi tal-Qorti kif ukoll ġabra ta’ drittijiet li joħorġu mil-liġijiet tagħna. Din kienet wegħda oħra mill-manifest elettorali u parti mill-proġett ta’ dan il-Gvern għal riforma fil-qasam tal-Ġustizzja.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici saħaq li l-għan ewlieni ta’ dan ic-Charter hu li joffri bilanċ bejn id-drittijiet taċ-ċittadini u l-obbligi ta’ min qed joffri s-servizz tal-użu tal-Qorti. Dan isostni livell tajjeb ta’ fiduċja fis-sistema ġudizzjarja tagħna.

F’dan ic-Charter wieħed jista’ jsib informazzjoni dwar il-proċess ġudizzjarju fil-qrati u fejn wieħed jista’ jagħmel l-ilment tiegħu f’każ li l-istandards ma jintlaħqux. Iċ-Charter jinkludi ukoll lista ta’ drittijiet li għandu l-akkużat meta jkun taħt arrest. Dan fid-dawl li fl-2014, dan il-Gvern kompla jsaħħaħ id-drittijiet tal-akkużat u tas-suspettat fl-isforzi favur iktar trasparenza u kontabilta’ mill-awtoritajiet.

AQRA HAWN IĊ-CHARTER 

charter

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend