IKKONFERMATA: il-katavru misjub fir-Ramla huwa ta' żagħżugħ ta' 17-il sena | One News

Notifiki

IKKONFERMATA: il-katavru misjub fir-Ramla huwa ta’ żagħżugħ ta’ 17-il sena

Il-Pulizija ikkonfermat li l-kadavru li nstab nhar l-20 ta’ Lulju ġie identifikat bħala Ungeriż ta’ 17- il sena li nhar il-15 ta’ Lulju 2016, ma telax lura waqt li kien qiegħed jgħum ġewwa Marsalforn.

It-tfittxija għal Bence Murinai saret l-aktar fl-inħawi ta’ Għar Qawqla f’Marsalforn, għaliex kien hemm li niżel jgħum l-aħħar ma’ ħuh ta’ 15-il sena. Iż-żagħżugħ kien liebes malja blu u għaldaqstant kienet iżjed diffiċli għall-membri tas-salvataġġ isibuh.

Il-katavru nstab ġimgħa ilu, maqbud mal-ħabel ta’ żona tajba għall-għawm, 20 pied ’il barra mill-blat fir-Ramla l-Ħamra.  Huwa ntlemaħ minn lifeguard li kien hemm fuq torri fl-istess bajja. Meta ħareġ biex jagħti l-ewwel għajnuna għaliex ħaseb li kien hemm persuna f’diffikultà, sab il-katavru mwaħħal ma’ baga, għaldaqstant daħal lura biex jinforma lill-awtoritajiet.

Screen Shot 2016-07-27 at 13.55.09

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend