Kelb li jista’ jgħoddha b’waħda! – One News

Notifiki

Kelb li jista’ jgħoddha b’waħda!

Nirien ħakmu garaxx fi Triq Dawret, f’Ħal Għaxaq. Persuni nnutaw duħħan ħiereġ minn garaxx ta’ residenza u ċemplu fuq in-numru tal-Emerġenza 112. Il-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ħadmu biex tfew in-nirien.

B’xorti tajba kien il-garaxx biss li ġarrab xi danni, għalkemm id-dħaħen infirxu mad-dar kollha.

Għalkemm ebda persuna ma kienet fir-residenza dak il-ħin u ħadd ma sofra ġrieħi, kien hemm qattus u kelb, b’tal-aħħar jiġi salvat mill-membri tal-Protezzjoni Civili filwaqt li l-qattus laħaq miet.

Dan hu l-mument meta kien salvat il-kelb u ngħata l-ossiġnu.

kelb2

 

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. Sfortunatament, gie rapurtat band’ohra li kien hemm qattus fil-garaxx ma kienx daqshekk xortih tajba. M’hemmx x’taghmel. Sfortuna. Pero’ tiehu gost tinnota li l-membri tat-Tifi tan-Nar ihabirku wkoll biex isalvah hajjet annimal (il-kelb). Prosit lil kulhadd!!!! U prosit li ma wegga hadd, la residenti u lanqas haddiema pumpieri.

    1. Int bis-serjeta? X’mistoqsija bla sens. Inti x’taghmel? Tiehdu child care sakemm tmur ix-xoghol?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend