Ħabs u multa waqt li qiegħed fuq btala – One News

Notifiki

Ħabs u multa waqt li qiegħed fuq btala

Ingliż minn Reading li jinsab f’Malta fuq  btala tressaq il-Qorti akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq passiġġier u li ma ħax it-test tal-breathalyser wara inċident tat-traffiku jumejn ilu. Huwa ingħata sentenza ta’ għaxar xhur ħabs sospiża għal sentejn u kien ordnat iħallas €1,200 talli ma ħax test tal-breathalyser.

L-Akkużat, Matthew Bullian ta’ 31 sena, sofra xi ġrieħi u deher fil-Qorti b’siequ fil-ġibs. Dan ammetta li fil-ħin tal- inċident, li sar f’San Pawl il-Baħar nhar it-Tnejn,  ħabat ma’ scooter  u weġġa gravi lix-xufier ta’ fuqu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend