Aġent CEO għall-Air Malta – One News

Notifiki

Aġent CEO għall-Air Malta

Joseph Galea nħatar Bħala Aġent Kap Eżekuttiv tal-Air Malta. Dan hekk kif il-mandat ta’ sentejn tas-CEO attwali Philip Micallef jasal fi tmiemu.

Joseph Galea għandu aktar minn tletin sena esperjenza fl-industrija tal-ivjaġġar u għal dawn l-aħħar sentejn kien l-Uffiċjal Deputat Kap Kummerċjali mal-Air Malta, wara perjodu ta’ żmien twil jaħdem mal-MTA bħala Direttur tal-Marketing Internazzjonali fil-Ġermanja. Wara 35 sena fi rwoli eżekuttivi ewlenin f’Malta u f’diversi pajjiżi, Philip Micallef sejjer ikompli bl-isfida li jmiss fil-karriera tiegħu.

Philip Micallef ikkummenta: “Il-mandat ta’ sentejn tiegħi mal-Air Malta kien sfida kbira u interessanti. Grazzi għall-impenn u l-ħidma intensiva tal-kollegi tiegħi fl-amministrazzjoni u l-impjegati kollha, irnexxielna noħorġu mill-Pjan ta’ Ristrutturar tal-UE u l-linja tal-ajru fl-aħħar qiegħda fit-triq sabiex terġa’ tagħmel profitt. Issa, il-kumpanija dieħla fi stadju ġdid u eċċitanti ta’ tkabbir u miexja aktar qrib lejn il-konklużjoni taddiskussjonijiet mal-imsieħeb strateġiku. Għal dawn l-aħħar sentejn, jien ħdimt mill-qrib ħafna ma’ Joseph u nista’ ngħid li l-kumpanija tinsab f’idejn persuna li taf tajjeb ħafna kemm is-suq kif ukoll il-partijiet interessati.”

Fil-kummenti tiegħu, Joseph Galea qal:

“Tabilħaqq huwa unur kif ukoll sfida li nassumi temporanjament il-pożizzjoni ta’ CEO sakemm jintemmu d-diskussjonijiet mal-imsieħeb strateġiku. Dan huwa żmien eċċitanti ferm li jagħti lill-Air Malta l-opportunità li ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala llinja tal-ajru nazzjonali tal-Gżejjer Maltin u biex ikollha l-opportunità li timxi lejn tkabbir strutturat fis-snin li ġejjin.”

Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis u ċ-Chairperson Maria Micallef irringrazzjaw lil Philip tal-ħidma intensiva tiegħu u awguraw lil Joseph l-aqwa affarijiet fl-irwol il-ġdid tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend