Mismugħa t-talba ta’ omm: inqas skariġġ fejn jidħlu benefiċċji – One News

Notifiki

Mismugħa t-talba ta’ omm: inqas skariġġ fejn jidħlu benefiċċji

Sa ftit ilu, persuni b’diżabilità, romol u pensjonanti li jaħdmu part time kien ikollhom imorru d-diprtiment tas-Sigurtà Soċjali kull tliet xhur u jagħtu rendikont tas-sigħat li ħadmu, sabiex jieħdu l-bonus. Dan issa se jinqata’, billi dawn il persuni se jintalbu biss darba jipprovdu l-informazzjoni, u jieħdu l-bonus fil-ħin.

Dan tħabbar mill-Minsitru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, li spjega kif dan il-pass seħħ wara li omm ta’ persuna b’diżabilità semmgħet leħinha waqt laqgħa mis-sensiela “Gvern Li Jisma'”

Din il-bidla se tfisser inqas skariġġ għall-persuni involuti, u jieħdu l-bonus statutorju fil-ħin. F’każ li s-sigħat part time jinbidlu, iridu javżaw lid-dipartiment.

Il-Ministru qal li din hija miżura li tikkumplimenta ħidmet il-Gvern favur is-simplifikazzjoni fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Fiż-żmien li ġej, se jkunu mħabbra żewġ apps. Waħda minnhom, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, turi liema huma l-postijiet pubbliċi aċċessibli. L-oħra tipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċċji li dak li jkun intitolat għalihom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend