Inċentiv fiskali għal min jirriċikla | One News

Notifiki

Inċentiv fiskali għal min jirriċikla

Fl-Iklin tnediet l-inizjattiva iRecycle, proġett pilota li qed jitmexxa minn GreenMT.

L-iskop huwa li r-residenti tal-lokalita jkunu mħeġġa jirriċklaw aktar permezz tal-borża l-griża. Dan filwaqt li huma jkunu ppremjati b’inċentiv fiskali.

Waqt it tnedija, id-Direttur ta’ GreenMT, Marcelle Mizzi, spjega li l-maġġoranza tad-djar ġabru żewġ pakketti b’20 borża griża f’kull pakkett.

Permezz ta’ barcode li qed jitwaħħal mal-boroż,  se jkun hemm rendikont ta’ kemm kull dar tkun ħarġet boroż ta’ dan it-tip. Dan għaliex min se jkun qed jiġbor dawn il-boroż minn quddiem il-bibien tad-djar se jkun qed jagħti l-barcodes lil GreenMT.

Il-proġett pilota se jdum għaddej 40 gimgħa u l-ħsieb hu li jitwessa f’aktar lokalitajiet.

Preżenti għat-tnedija, kien hemm il-Ministru Jose Herrera, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, il-kap eżekuttiv ta’ GreenMT Joe Attard, is-sindku Anthony Dalli u diversi kunsilliera.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend