It-tama Libjana li għexet Malta – One News

Notifiki

It-tama Libjana li għexet Malta

Tul l-aħħar snin il-bandiera Libjana kienet marbuta biss mal-inkwiet, il-kunflitt u l-ġlied. Iżda, fil-ġimgħat li ġejjin din il-bandiera se titperper fil-Brażil f’kuntest iktar pożittiv. Dak sportiv.

Kien propju pajjiżna li ta ċ-ċans lil Daniah Hagul biex tmur Rio.

Daniah Hagul. Din hija tfajla Libjan li tfulitha għexitha Malta u issa ser tirrapreżenta lill-Libja fl-Olimpjadi ta’ Rio.

Hagul hija l-ewwel għawwiema mara li qed tirrapreżenta lil dan il-pajjiż sa mir-revoluzzjoni tal-2011 u qed tkun meqjusa bħala sinjal ta’ tama u ispirazzjoni għal poplu f’pajjiż mifni bl-inkwiet.

Il-ġenituri tat-tfajla ta’ 17-il sena kienu mxew lejn Malta diversi snin ilu.

It-tfajla Libjana tagħmel madwar sagħtejn kuljum titħareġ fil-pixxina nazzjonali tal-Qroqq, sakemm iddeċidiet li tmur l-Ingilterra.

Li kieku l-ġenituri tagħha ma ddeċidewx li jiċaqilqu lejn pajjiżna il-possibilitajiet li tkun parti mill-kontinġent Libjan għall-Olimpjadi huma remoti.Il-pixxini fil-Libja huma ftit ħafna u l-fondi wkoll, b’hekk pajjiżna kien il-post fejn Hagul setgħet tesprimi t-talenti tagħha.Minkejja li ta’ eta’ daqstant żgħira hija ħa tkun waħda mill-ftit nisa li rnexxielhom jirrapreżentaw pajjiżhom.

Fil-kummenti tagħha lil AFP Hagul sostniet li tittama li permezz tar-rappreżentanza tagħha fl-Olimpjadi jirnexxiela tbiddel il-perċezzjoni ta’ soċjeta konservattiva fejn huma ftit in-nisa li jilbsu il-malja fil-pubbliku.

Wara t-taħriġ kollhu li għamlet Daniah qed tittama wkoll li hi tkun l-ewwel persuna li tirbaħ midalja f’isem pajjiża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend